24/02/2026
Qed infittxu Videographer u Video Editor Full-Time!
Tħobb toħloq kontenut viżiv ta’ kwalità għolja? Aħna qegħdin infittxu persuna kreattiva u organizzata li tkun kapaċi tippjana u teditja videos għall-klijenti tagħna.
X’se tagħmel:
- Tikkollabora mat-tim tal-marketing biex toħloq kontenut interessanti.
- Teditja u tipproduċi videos skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett.
- Tiżgura li kull produzzjoni tasal fil-ħin u b’livell għoli ta’ kwalità.
- Tieħu ħsieb il-proċess kollu tal-produzzjoni tal-video – minn idea sa publikazzjoni.
X’qegħdin infittxu:
- Esperjenza fil-videography u fl-editjar tal-vidjows.
- Kapaċità fl-użu ta’ Adobe Premiere Pro u Adobe Suite.
- Ħiliet tajba ta’ organizzazzjoni.
- Kapaċi taħdem waħdek u f’tim.
- Attenzjoni għad-dettall u kreattività.
- Disponibbli biex taħdem mill-uffiċċju tagħna.
- Ħiliet fl-animazzjoni huma vantaġġ.
Jekk għandek il-ħiliet meħtieġa, ibgħatilna CV fuq [email protected]