08/12/2016
Il-Festi Pubbliċi ... jiem ta’ opportunità oħra biex wieħed jagħti d-demm bħala
Messaġġ tal-ġimgħa 50/2016
Il-Festi tal-Milied qed joqorbu ġmielhom u fil-jiem li ġejjin ħafna nies ser jerħula biex jixtru r-rigali tal-Milied mill-ħwienet u stabbilimenti kummerċjali li fil-Festi Pubbliċi ser ikunu disponibbli għall-pubbliku. Tant ieħor is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikun disponibbli biex jilqa’ lin-nies, imma mhux biex jixtru, iżda biex jagħtu r-rigal tal-Milied. Fil-fatt is-Servizz jixtieq ifakkar li nhar it-8 ta’ Diċembru, kif ukoll nhar it-13 ta’ Diċembru ser ikun disponibbli li jilqa’ lill-pubbliku biex jagħti għotja demm bħala rigal uniku ( ) hekk importanti qabel u waqt il-Festi tal-Milied.
Għaldaqstant l-għoti tad-demm fil-jiem li ġejjin jista’ jsir:
· fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM mit-8:00 am sas-6:00 pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6:00pm).
· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħamis 8 ta’ Diċembru ser ikun fil-parkeġġ tal-PAMA Shopping Complex, Il-Mosta. Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru ser ikun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Imqabba.
Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun ukoll mit-8:30am sas-1:00pm.
· fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex nhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm).
· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru ser ikun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Qawra.
blood_06-01.jpgDin id-darba wkoll il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun ukoll mit-8:30am sas-1:00pm.
Huwa importanti li wieħed iġib il-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.